Il-Familja Ta' Doris Zammit Waqt Il-Funeral Tiġbor Donazzjoni Għal Jasmine's Journey Flok Fjuri

Il-paġna Jasmine’s Journey għadha kemm ħabbret ġest li żgur mhux forsi jfisser ħafna għaċ-ċkejkna, li għaddejja tikkumbatti biex timxi ‘l quddiem.

L-omm u nanna Doris Zammit ħalliet din id-dinja fl-aħħar jiem, u milli jidher waqt il-funeral fuq talba tal-familja, inġabru donazzjonijiet għal Jasmine u l-vjaġġ tagħha.

“Hi tassew qalbiena kif wieħed jista’ jittrasforma n-niket tiegħu f’att ta’ qalb tajba. B’tifkira tal-maħbuba omm u nanna tagħhom, Doris Zammit, il-familja tagħha talbet li minflok fjuri, dawk li jattendu għall-funeral jikkontribwixxu għal Jasmine’s Journey.”

Il-paġna ta’ Jasmine tkompli, “Grazzi għall-ġenerożità tagħkom, inġabru €500 għal din il-kawża sinifikanti. Il-kompassjoni tiegħek tfisser id-dinja għalina, u jalla Doris tistrieħ fis-sliem.”

F’isem Gwida.mt insellmu l-memorja ta’ Doris u noffru l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha. Strieħ fis-sliem Doris.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI