Il-president elett tal-Amerika Joe Biden nhar is-Sibt rebaħ l-elezzjoni fuq Donald Trump. Il-German Shepherd ta’ Biden, li jismu Major, se jkun qed jagħmel ħoss fl-istorja tal-Amerika, għax huwa l-ewwel kelb adottat li se jkun qed jgħix ġol-White House.
View this post on Instagram
Il-familja Biden adottat lil Major mill-Assoċjazzjoni Umana ta’ Delaware f’Novembru 2018, 10 snin wara li l-koppja laqgħu l-ewwel German Shepherd tagħhom, Champ.
“Aħna kuntenti ħafna lil nilqgħu lil Major fil-familja tagħna, u aħna grati lejn l-Assoċjazzjoni Umana ta’ Delaware għax-xogħol tagħhom biex isibu dar għal Major u għal numru kbir ta’ annimali oħra”, qalu l-familja Biden fi stqarrija dak iż-żmien.
View this post on Instagram
Major, li kien imrawwem mill-familja Biden qabel ma ġie adottat, kien “mill-grupp ta’ frieħ li ma kienu qegħdin tajjeb xejn”, skont id-Delaware Humane Association. “Ladarba ktibna dwarhom għall-għajnuna, Joe Biden qabad u kellimna mmedjatament. Il-bqija hija storja,” kiteb il-grupp fuq Facebook.