“Il-Kelba M’Għandhiex Tort, Sid Il-Kelba Għandha” – Richard Micallef Wara Li Tingidimlu L-Kelba Tiegħu

Il-kantant lokali Richard Micallef aktar kmieni llum żvela li l-kelba tiegħu Micsy ġiet attakkata minn kelba oħra. Richard qal li għalkemm Micsy tinsab ok, is-sitwazzjoni setgħet tkun ħafna agħar kieku kien hemm it-tfal fin-nofs.

Richard kompla billi kiteb: “Il-kelba m’għandhiex tort... sid il-kelba għandha tkun taf aħjar…”

B’appell fuq il-midja soċjali, hu qal li“Is-sidien tal-klieb kollha għandhom ikunu responsabbli imma hemm ċertu razez li jeħtieġu ftit aktar għassa... Jekk mhux lest li tagħmel ix-xogħol u tħarreġ il-kelb tiegħek... allura ġġibx kelb li hu b’mod naturali aggressiv... kun responsabbli.”



Hu spiċċa billi qal: “Il-Pitbulls huma klieb tal-ġenn f’idejn tajba imma jekk ma tiflaħx r-responsabbiltà li tiġi ma' Pitbull allura ġib razza li tista’ timmaniġġja jew ġib qattus jew xi ħaġa oħra.”

Erba’ kelmiet ta’ raġel! X’jidhirlek minn dak li qal Richard?

Facebook/Richard Micallef

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI