Sid ta’ kelba ħalla post fuq il-grupp Are You Being Served? wara li l-kelba tiegħu għamlet xi ħaġa mhux tas-soltu. Il-kelba qabżet minn ġol-karozza tiegħu wara li ħallet iċ-ċinturin tas-sigurtà waqt li hu kien qiegħed isuq.

Ritratt: Are You Being Served? Malta & Gozo (Original) – Facebook / Akash Pace
Il-kelba tiegħu spiċċat sofriet xi ġrieħi tant li beda ħiereġ anke d-demm mill-parti tagħha, kif tistgħu taraw f’dan ir-ritratt. Huwa importanti li dawk kollha li joħroġu l-klieb tagħhom magħhom fil-karozza, joqogħdu attenti u forsi ma jħallux it-twieqi mniżżlin.
Mhux l-ewwel darba li naraw xi kelb nofs barra mill-karozza. Il-klieb għalihom din xalata u jkunu fis-seba’ sema’ meta jkunu nofshom barra, imma s-saħħa tagħhom tiġi l-ewwel u qabel kollox.
Facebook / Akash Pace