Il-komunità Rabtija tinsab imnikkta hekk kif il-kunsillier Rabti Ian Vassallo Hagi ħabbar aktar kmieni llum li għadu kif tilef lil nannuh.
Fuq il-midja soċjali, hu kiteb: “B’niket inħabbru t-tluq għal-ħajja ta’ dejjem tan-Nannu Ninu il-Hagi f’għomor sabiħ ta’ 91 sena. Daqshekk ħdimt purtieri tal-qasab Nann.”
Il-funeral se jsir għada fit-3.00pm fil-Bazilika ta’ San Pawl. Aħna minn Gwida.mt nixtiequ ngħaddu l-kondoljanzi lil familja, ħbieb u qraba tan-Nannu Ninu, kif ukoll lil kull min qed iħoss it-telfa tiegħu.
Facebook/Ian Vassallo Hagi