Il-programm Big Brother Malta issa ilu xi seba’ ġimgħat għaddej u peress li trid tinqala persuna kull ġimgħa, diġa ġew eliminate sitt persuni, apparti li xi ħadd se joħroġ mid-dar illejla stess.
Wara dawn il-ġimgħat kollha jgħixu flimkien u jsiru jafu lil xulxin, żgur sabuha xi ftit stramba jerġgħu jirritornaw għall-ħajja normali u ħafna minnhom anke saru ħbieb tal-qalb. B’hekk, il-kontestanti li ġew eliminati ħadu l-inizjattiva biex jorganizzaw ħarġa flimkien biex jerġgħu jiltaqgħu.
Dwayne Sammut, l-ewwel kontestant eliminat, ippubblika ritratt tagħhom is-sitta, ġifieri, Dwayne, Matthias, Claire, Kyle, Donna, u Raisa jieħdu drink flimkien. Min jaf kemm ħadu gost jitkellmu dwar dak kollu li ġara minn mindu ħarġu mid-dar!
Il-ħbiberija tagħhom hi tassew ħelwa u llejla se jingħaqad xi ħadd ġdid magħhom. Tgħid min ser jiġi eliminat?
View this post on Instagram
Facebook / Big Brother Malta u Instagram / dwayna_sammut