“Il-Koppla Tal-Mosta Hija Waħda Mill-Akbar Koppli Bla Sapport Fid-Dinja” – Dipartiment Tal-Informazzjoni

Il-paġna tad-Dipartiment tal-Informazzjoni spiss tippubblika informazzjoni interessanti dwar l-istorja ta’ pajjiżna. Illum għażlu li jiktbu dwar is-Santwarju Bażilika ta’ Santa Marija.

Spjegaw, “Qtajt fejn? Is-Santwarju Bażilika ta’ Santa Marija fil-Mosta. Inbena fl-1860 madwar knisja oħra li kienet inbniet fl-1614, il-Bażilika ta’ Santa Marija hija l-knisja Parrokkjali tal-Mosta. Il-koppla tal-Mosta hija waħda mill-akbar koppli bla sapport fid-dinja. Din tibqa’ magħrufa għall-inċident li seħħ fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija meta bomba nifdet il-koppla u niżlet fuq l-art tal-knisja mingħajr ma splodiet waqt li l-knisja kienet iffullata. Il-bomba issa tinsab għall-wiri f’mużew żgħir anness mal-knisja. Il-festa titulari tal-Mosta – dik ta’ Santa Marija – issir fil-15 ta’ Awwissu.”

Fatti tassew interessanti! Grazzi lid-Dipartiment tal-Informazzjoni talli kitbu dan!





Facebook / Dipartiment tal-Informazzjoni



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI