Ta' Ħal Qormi Imnikkta Bit-Telfa Tas-Sinjura Vera Hyzler

Tard ilbieraħ filgħaxija tħabbret il-mewt tas-Sinjura Vera Hyzler li tiġi mart il-politku George Hyzler. Il-Qriema esprimew is-sogħba tagħhom għal din it-telfa. In-neputi tagħha Paul ħalla messaġġ tassew ħelu fuq il-midja soċjali, “Stilla oħra ħa tidher fis-sema llejla. Strieħ fil-paċi Nanna. Jien ċert l-uċuh familjari ħa jkunu lesti biex jilqgħuk b’idejhom miftuħa fil-ġenna.”





L-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici għaddew il-kondoljanzi tagħhom ukoll, huma kitbu: “Il-President kif ukoll il-membri tal-Kumitat Amministrattiv tal-Ghaqda Socjo-Muzikali Anici, jibghatu l-kondoljanzi lil familja Hyzler, ghal mewt tas-Sinjura Vera Hyzler li tigi l-mara ta’ Dr George Hyzler li fost hafna kien ukoll President Onorarju tal-Ghaqda. Aghtiha O Mulej il-Mistrieh ta’ Dejjem.”



Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt ngħaddu l-kondoljanzi sinċiera tagħha lill-familja Hyzler, qraba u ħbieb f’dan iż-żmien diffiċli għall-familja kollha. Strieħ fis-sliem Sinjura.

Facebook / Paul Hyzler

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI