Jidher li din il-Ħarifa kienu ħafna li laqgħu l-appelli tal-awtoritajiet u ħadu t-tilqima tal-influwenza. Il-Gvern qed iħabbar li t-tilqima ser tkun terġa disponibbli bejn għada l-Ħadd, 29 ta’ Novembru u 6 ta’ Diċembru.
L-ewwel li ser jieħdu din it-tilqima huma dawk il-gruppi li qegħdin l-aktar f’riskju; it-tfal bejn 3 u 5 snin, Ħaddiema tas-saħħa, Adulti ta’ 55 sena ‘l fuq u persuni oħra li ibatu minn mard kroniku.
Il-vaċċin ser jingħata kuljum fiċ-ċentri tas-saħħa bejn it-8:00 u 7 ta’ filgħaxija (mill-Mosta, Floriana, Paola, Gżira, Rabat, Qormi, Birkirkara, Bormla, Kirkop u Għawdex).
Dawk li ser jieħdu t-tilqima għandhom jieħdu magħhom il-karta tal-identita’, il-karta s-safra u ċertifikat mediku (fejn japplika biss).