Ian Vassallo Hagi qasam mument mill-aktar emozzjonanti mal-familja tiegħu hekk kif ċċelebraw għeluq snin missieru, Joseph Vassallo l-Ħaġi. F’messaġġ li tella’ fuq il-midja soċjali, Ian kiteb, “Awguri Pa! Joseph Vassallo il-Ħaġi. Ilbieraħ irnexxielna niltaqgħu bħala familja u ċċelebrajna għeluq snin il-papà.”
Hu kompla jesprimi l-apprezzament tiegħu lejn missieru għall-appoġġ kontinwu li dejjem tah matul ħajtu u l-karriera tiegħu. “Awguri Pa u grazzi tas-sapport kollu. Mingħajrek żgur ma nagħmilx nofs l-affarijiet li nagħmel,” kiteb Ian, fi kliem mimli mħabba u gratitudni.
Il-messaġġ ġibed diversi kummenti ta’ awguri mingħand segwaċi u ħbieb tal-familja, li ngħaqdu biex jawguraw lil Joseph ġurnata mill-isbaħ mimlija saħħa u ferħ. F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu sena mimlija saħħa, hena u kuntentizza.
Awguri!
Facebook / Ian Vassallo Hagi