Illum it-13 ta’ Diċembru, niċċelebraw Jum ir-Repubblika fejn infakkru meta ir-reġina tar-Renju Unit ma baqgħatx kap tal-Istat ta’ Malta fl-1974. Għalkemm Malta kienet saret stat indipendenti fl-1964, ir-Reġina tal-ingilterra kienet baqgħat il-Kap tal-Istat f’Malta.
Sir Anthony Mamo kien inħatar bħala l-ewwel President tar-Repubblika ta’ Malta filwaqt liDom Mintoff kien ġie dikjarat l-ewwel Prim Ministru ta’ Malta Repubblika jekk kif seħħu diversi tibdiliet fil-Kostituzzjoni tal-Indipendenza li ġew aċċettati miż-żewġ naħat tal-Kamra tad-Deputati.
Ta’ kull sena f’Jum ir-Repubblika, il-President imexxi ċerimonji fil-Palazz, il-Belt Valletta, li fiha jagħti għadd ta’ onorefiċenzi lil numru ta’ ċittadini Maltin u Għawdxin li jkunu taw xi servizz lil Malta.