Illum Kemm Għandna Nistennew Każijiet Pożittivi?

Il-battalja ma’ din il-pandemija tkompli u jidher li għal darba oħra għanda nistennew numri qrib il-100. It-tabib Frank Portelli, kmieni dalgħodu ħabbar li hemm madwar mitt każ pożittiv li nstab fl-aħħar 24 siegħa.





Mill-banda l-oħra, Gerald Fenech fuq il-paġna tiegħu ħabbar li hemm madwar 115-il każ li minnhom jista’ jkun hemm nises li ġa kienu għamlu t-test u nstabu pożittivi. Dawn ikunu qed jagħmlu t-test biex jaraw irnexxilhomx jirbħu fuq dan il-virus.



Ilbieraħ filgħaxija tħabbret il-mewt ta’ persuna oħra. L-għajdut hu li għandna nistennew xi mwiet ieħor fis-sigħat li ġejjin. Dan ikun ifisser li nqabżet iċ-ċifra ta’ mija f’mewtiet relatati mal-Covid-19.

Ejja nibqgħu nieħdu ħsieb xulxin u nuru li jippurtana mis-saħħa ta’ xulxin.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI