"Int Mhux Biss Il-Parrina Tiegħi; Inti Qisek Oħti L-Kbira Għalija… Nista' Niftaħ Qalbi Miegħek Dwar Kollox" – Kaya Gouder Curmi Lil Gaia

Il-kantanta lokali Kaya Gouder Curmi kitbet l-awgurju tagħha għal persuna li dejjem sabitha hemm, mhux biss fejn tidħol il-karriera mużikali, iżda anke personalment. Infatti tqisha bħala oħtha l-kbira. Il-kantanta tawgura lil Gaia f’għeluq sninha waqt li turi l-apprezzament lejn l-appoġġ li dejjem issib mingħandha.

“Int mhux biss il-parrina tiegħi; inti qisek oħti l-kbira għalija. Int kont l-ispalla tiegħi fuq xiex nibki, hemm biex tismagħni, u l-post sigur għal qalbi. Nista’ niftaħ qalbi miegħek dwar kollox, u l-imħabba u l-għerf tiegħek dejjem iġegħluni nħossni mifhuma u appoġġjata.”

Kaya tawguralha ħafna affarijiet sbieħ. Tgħidilha li tħobbha u li jistħoqqilha kulma tixtieq għall-qalb tajba li dejjem kellha.

Awguri mill-qalb lil Gaia u prosit Kaya x’erba’ kelmiet dawk!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI