“Is-Saħħa Mentali Trid Tkun Parti Mill-Kurrikulu Tagħna… Ejja Nisimgħu Aktar Studenti U Edukaturi” – Luke Fenech

Appell

L-edukatur Malti Luke Fenech, f'isem Żgħażagħ għall-Bidla, appella biex is-saħħa mentali tingħata prijorità akbar fis-sistema edukattiva, filwaqt li ppreżenta sensiela ta' proposti li, skontu, jistgħu jtejbu l-benesseri kemm tal-istudenti kif ukoll tal-edukaturi.

Fost il-proposti ewlenin hemm li s-saħħa mentali ssir parti integrali mill-kurrikulu tal-iskejjel, sabiex l-istudenti jkunu edukati dwar is-suġġett sa minn età żgħira.

Luke sostna wkoll li s-saħħa mentali tal-edukaturi għandha tittieħed bis-serjetà, u għandhom jingħataw l-appoġġ meħtieġ.

Huwa appella wkoll biex l-edukaturi jingħataw taħriġ professjonali sabiex ikunu kapaċi jagħrfu sinjali u fatturi ta' riskju relatati mas-saħħa mentali, kif ukoll kif għandhom jirreaġixxu f'sitwazzjonijiet sensittivi.

"Is-saħħa mentali trid tkun parti mill-kurrikulu tagħna... Ejja nisimgħu aktar studenti u edukaturi..." - kiteb Luke.

Proposta oħra hija l-introduzzjoni ta' kliniċi tas-saħħa mentali fl-iskejjel, immexxija minn professjonisti, biex joffru sapport u gwida kemm lill-istudenti kif ukoll lill-membri tal-istaff.

Barra minn hekk, huwa saħaq fuq il-ħtieġa li jiġu riveduti s-sillabi, il-metodi ta' assessjar u l-iskedi tal-istudenti, biex dawn inaqqsu l-pressjoni bla bżonn minflok iżiduha.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI