Sefora tikteb, “L-għażiża sabiħa tagħna Giulia Rose, bħal-lum sentejn ilu kulħadd kien qed jistenna l-aħbar tal-wasla tiegħek. Kemm konna ferħanin u eċitati, imma l-aktar il-papà!”
Hi żżid, “Kemm ħlomna u mmaġinajna kif u min se tkun, imma ħej… qatt ma bsarna li se tkun stilla tiddi daqs kemm int. Kulħadd iħobbok, kulħadd jistenniek, kulħadd jiggustak u jsemmik. Tifla mqarba mhux ftit, imma b’karattru tal-ġenn. Il-preżenza tiegħek biss timla kamra.”
Sefora tkompli, “Ibqa’ kif int, Ċensina tagħna. Ibqa’ ħudha ma’ kollox u ma’ kulħadd, u tħalli qatt lil ħadd inemnimlek dak id-dawl li jiddi minn ġo fik. Kemm kont rigal sabiħ, Giu, u għadek rigal sabiħ kuljum. Inħobbuk bla qies, hekk kif int!”
Hi ttemm tgħidilha, “Giulia Rose… isbaħ milli ħlomtok jien. Happy 2nd birthday.”
Facebook / Sefora Aquilina