It-Temperatura Tinħass Aktar Minn 30°C Illum – Is-Sajf Jinsab Qrib!

It-temp illum mistenni jkun fil-biċċa l-kbira xemxi madwar il-gżejjer Maltin, b’kundizzjonijiet ideali għal min se jqatta’ l-ġurnata barra jew qrib il-baħar. Skont l-aħħar aġġornament minn It-Temp Madwarna, ir-riħ se jkun ħafif forza 3 mill-Punent Majjistru (WNW), filwaqt li l-baħar se jibqa’ ħafif.



It-temperaturi mistennija jilħqu massimu ta’ 29°C matul il-ġurnata, filwaqt li matul il-lejl jinżlu għal madwar 19°C. Madankollu, it-temperatura tinħass kemxejn ogħla matul il-ħinijiet sħan tal-ġurnata, b’sensazzjoni ta’ sa 31°C.



L-indiċi UV illum jinsab fil-livell 9, li jfisser li x-xemx hija qawwija ħafna. Għalhekk, dawk li se jqattgħu ħin fit-tul barra huma mħeġġa jużaw protezzjoni mix-xemx, jilbsu kappell u jixorbu biżżejjed ilma biex jevitaw effetti negattivi mis-sħana.

Il-kundizzjonijiet ġenerali jibqgħu favorevoli għal attivitajiet fil-beraħ u għall-għawm, hekk kif il-baħar mistenni jibqa’ kalm matul il-ġurnata.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI