Illum hi ġurnata speċjali għal Rachel Lowell, il-kantanta lokali u membru tal-grupp femminili MARA, hekk kif qed tiċċelebra għeluq sninha. Ommha Michelle qasmet messaġġ mill-qalb fuq il-midja soċjali biex tiċċelebra mhux biss il-ġurnata ta’ bintha, iżda wkoll il-persuna li hi.
Hi tikteb, "Awguri f’għeluq sninha lit-tifla sabiħa tagħna Rachel. Jalla ħajtek tkun dejjem mimlija mħabba bla tmiem, ferħ veru, u tbissima li tiddi bħalma tiddi int. Inti maħbuba dejjem b’mod li ma jistax jitfisser fi kliem. Il-ġurnata t-tajba."
Qasmet anke ritratt għall-okkażjoni, fejn bosta kkummentaw biex jawguraw lil Rachel u jikkumplimentawhom. Awguri mill-qalb f'isem it-tim ta' Gwida.mt, Rachel!
Facebook/ Rachel Lowell