Jiċċelebra Għeluq Sninu L-Preżentatur Maħbub Wayne Aquilina!

Illum għeluq snin il-preżentatur maħbub ta' ONE Wayne Aquilina, infatti Wayne ilu nvolut fix-xandir mill-1999 - 24 sena! Rajnieh jippreżenta, jipproduċi u jmexxi numru ta' programm televiżivi - minn programmi taż-żgħażagħ għall-programmi relatati mal-mużika u dawk magażin.

Ħafna jafu lil Illum bħala s-Sindku tal-Kalkara, kariga li ilu jħaddan għal dawn l-aħħar ħames snin. Il-lokalità tal-Kalkara hija tassew għal qalbu. Illum Wayne jagħlaq 39 sena.



F'isem it-tim ta' Gwida.mt, nieħdu l-opportunità li nawguraw lil Wayne l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbu u sena pożittiva għall-aħħar. Ninsabu ċerti li se jkun qed iqatta' l-jum ma' dawk l-aktar għeżież għalih, speċjalment ibnu Dean.

Awguri Wayne!

Facebook / Wayne Aquilina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI