Jidher Li Taf Naraw Nuqqas Ta' Każijiet Pożittivi Aktar Tard Illum! – X'Qed Jgħidu Eżatt?

Skont it-tabib Frank Portelli jidher li llum taf għandna naraw numri inqas minn dawk li rajna lbieraħ f’terminu ta’ każijiet pożittivi. Sat-08:00 ta’ dalgħodu kien hemm madwar 100 każ pożittiv. Wieħed jista’ jgħid li dan xorta huwa numru relattivament għoli iżda dejjem ftit aħjar minn dak tal-bieraħ.





Mill-banda l-oħra, Gerald Fenech fuq il-paġna tiegħu ma tax dettalji speċifiċi iżda qal li għal ġurnata oħra għandna nistennew aktar każijiet u n-numru ħa jaqbeż il-mija. Mill-ġdid appella lil kulħadd biex jieħu ħsieb saħħtu u jżomm ruħu sigur.



Il-ġlieda tagħna lkoll tkompli! Nittamaw li dal-ftit ġimgħat jgħaddu malajr sabiex tidħol it-tilqima f’pajjiżna u nkunu nistgħu bil-mod imorru għan-normal.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI