Illum huma mistennija aktar temperaturi kesħin hekk kif it-temp tipi xitwi jippersisti. Il-paġna It-Temp Madwarna tkellmet dwar dan.
“It-temp illum il-biċċa l-kbira msaħħab u b’ħalbiet tax-xita iżjed tard,” huma kitbu. “Jiksaħ it-temp…” Iċ-ċans ta’ xita huwa 85%, ta’ maltemp huwa 20% u ta’ riħ huwa 95%.
“Ir-riħ moderat (F4-5) li jsir qawwi (F6) u iżjed kiesaħ mill-Punent Majjistru iżjed tard,” huma komplew jgħidu. “L-ogħla temperatura llum hija ta’ 15°C u l-inqas illejla ta’ 11°C. .” Iżda dawn it-temperaturi se jinħassu ta’ 14°C u 6°C.
Facebook / It-Temp Madwarna / Alex Mallia