Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said aktar kmieni llum ħabbret il-pjattaforma diġitali ġdida bl-isem ta’ ‘AdoptaPet’. Dan huwa sit elettroniku “li se jagħmel aktar faċli l-proċess tal-adozzjoni tal-annimali mis-santwarji tal-Animal Welfare. Fih wieħed isib l-informazzjoni relatata mal-annimali kollha, fosthom ritratti, l-età, l-isem u t-tip ta’ annimal.”
Il-fatt li pjattaforma bħal din tiffaċilità l-proċess biex wieħed jaddotta, jfisser li aktar klieb u qtates ser isibu djar mimlijin imħabba.