Analiżi tal-vaċċin minn Pfizer / BioNTech tista’ tgħid li mhux talli laħqet iżda wkoll qabżet l-aspettattivi tal-biċċa l-kbira tal-esperti dan għaliex sabu li hi 90% effettiva kontra l-Covid-19.
Wara provi fuq skala kbira, l-analiżi turi prestazzjoni ferm aħjar minn dik li kienu ttamaw il-biċċa l-kbira tal-esperti. Ir-regolaturi qalu li japprovaw vaċċin li huwa biss 50% effettiv – li jipproteġi nofs dawk li jieħduh, iżda dan mhux talli ntlaħaq talli ġie superat. Il-kumpanija qalet li ma kien hemm l-ebda effetti sekondarji serji.
“Illum hija ġurnata kbira għax-xjenza u l-umanità. L-ewwel sett ta’ riżultati mill-fażi numru 3 tal-prova tal-vaċċin Covid-19 tagħna tipprovdi evidenza inizjali tal-kapaċità tal-vaċċin tagħna li nipprevjenu l-Covid-19,” qal Dr Albert Bourla, il-president u l-Kap Eżekuttiv ta’ Pfizer.
Huma komplew jgħidu, “Aħna qed nilħqu dan il-pass kritiku fil-programm ta’ żvilupp tal-vaċċin tagħna fi żmien meta d-dinja teħtieġha l-iktar bir-rati ta’ infezzjoni li jistabbilixxu rekords ġodda.”