Il-ġimgħa li għaddiet, ONE nieda programm ġdid bl-isem ta’ Teatru Mużikali. Programm li jiddiskuti x-xena lokali, l-ispettakli li ttelgħu f’Malta u kif kienu ta’ spirazzjoni għal tant u tant artisti.
Fosthom tul il-programm tkellem Ray Calleja li jistqarr li kien mar jara r-rock opera Ġensna bħala tifel ta’ 8 snin. Kien qered jokrob lil ommu li jixtieq imur jaraha u fl-aħħar qatgħetlu biljett waħdu biex imur jara dan l-ispettaklu. Spettaklu li llum il-ġurnata tista’ tgħid daħal fl-istorja mużikali lokali u hu magħruf bħala wieħed mill-aqwa, jekk mhux l-aqwa musical li qatt inkiteb ġewwa pajjiżna.
Ray jgħid li kien dan il-musical li saħħru u bħala tifel ta’ tmien snin kien jaf li xtaq jagħmel dan għal kumplament ta’ ħajtu. Hu jistqarr li kif ra n-nies emozzjonati b’dak li qed isegwu kien mistgħaġeb u tant ħa gost li ħass li dakinhar skopra xi xtaq jagħmel. Ray jammetti li ħadd mill-familja tiegħu ma kien fl-ispettaklu allura din kienet xi ħaġa kbira għalih.
Ray infatti jistqarr, “Jien għidt, dan hu x-xogħol li jien irid nagħmel għall-bqija ta’ ħajti.” Ma’ dan il-kliem hu jżid, “Irid ikolli l-kapaċita li nitla’ fuq palk u nemozzjona lin-nies b’dan il-mod.”
Segwu l-ewwel episodju billi tidħlu HAWN. Il-programm jixxandar kull nhar ta’ Tnejn fit-20:35.
ONE