"Kemm Qal Kelma U Niżluha Qisha Annimal… Mela Din Kienet Xi Bhima Anqas Quddies" – Ir-Realtà Għal Ċerti Nies

Sinjura wriet id-dispjaċir tagħha wara li membru tal-familja tagħha għaddiet għal ħajja ta’ dejjem u minħabba li l-persuna li ġiet nieqsa kienet pożittiva bil-Covid-19, kien hemm bżonn li tindifen malajr.

Din il-mara mweġġa’ kitbet, “Jgħidulek toħodhiex kontra l-knisja. Jif jista’ jkun imutlek xi ħadd tal-familja tard bil-lejl, fi żmien 24 siegħa trid tindifen għax bil-Covid. Karkariza pura u jgħidulek Ii l-Ħadd ma jsirux funerali u anqas qassis m’hawn għax kollha għandhom x’jagħmlu.”

Din il-mara tkompli tgħid, “Kemm morna il-kamra mortwarja minn wara għax anqas minn fejn jinħarġu normali ma joħorġuhom, berikha u direttament għaċ-ċimiterju. Qassis anqas hu ta’ B’Kara, barrani. Kemm qal kelma u niżluha qisha annimal, hekk sew, mela din kienet xi bhima anqas quddies.”

Fl-istess post ta’ din il-mara kien hemm min ikkummenta li jafu min għaddha mill-istess sitwazzjoni. Sitwazzjoni tassew ta’ qsim il-qalb, speċjalment li l-persuna li ġiet nieqsa ma jkollhiex iċ-ċans li tingħata tislima kif suppost u kif jixraq.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI