Bint Oliver Friggieri, Sara kitbet messaġġ ta’ ringrazzjament fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook. “Nirringrazzja lil dawk kollha li n-numru tagħhom ilaħħaq ferm aktar milli stennejt u napprezza kull wieħed u waħda minnhom minn qalbi,” bdiet hi.
Dwar il-funeral, hi kitbet: “Kienet tkun ix-xewqa tagħna bħala familja li jkun hemm dawk kollha li xtaqu jattendu, però minħabba s-sitwazzjoni delikata li ninsabu fiha dan mhux possibbli. Għalhekk ikun għaref li nsegwu d-distanza soċjali.”
“Naf biċ-ċert li kieku l-papa’ kien preżenti, kien ikun lest iċedi postu u jmur fl-aħħar filliera.”
Facebook/Oliver Friggieri