Tony Camilleri żgur li m’għandu bżonn ebda introduzzjoni. Fl-aħħar jiem hu kien wieħed mill-mistiedna ta’ Sibtek flimkien mal-mara tiegħu Liliana. Il-koppja fost l-oħrajn jgħidu li huma bejnietom ma jiddejqux jiċċajtaw fuq il-mewt.
Forsi għal ħafna huwa suġġett li mhux ta’ min tiċċajta dwaru imma huma jħossu li l-umoriżmu importanti f’ħajjithom. Huma jistqarru li ħafna nies jarawha stramba l-ħaġa. Meta Ryan isaqsihom kif, Tony jagħti eżempju ta’ x’qaltlu darba Liliana.
Insomma aħna ħa nħallu lilkom taraw il-filmat u taraw il-botti li jgħaddu lil xulxin.