Għalliema tal-Primarja Maltija qasmet fuq il-mezzi soċjali id-deċiżjoni diffiċli li ħadet li tieqaf mill-professjoni ta’ għalliema minħabba kundizzjonijiet tax-xogħol fis-sistema edukattiva lokali. Kundizzjonijiet li smajna dwarhom iżda donnu ftit kellhom il-kuraġġ li kellha din l-għaliema li ssemmihom.
Shanice, magħrufa fuq Instagram bil-handle @my_life_with_pixiedust qasmet din l-aħbar li se tfisser bidla fil-ħajja tagħha. Forsi tiftakru l-filmat tagħha meta ħalliet lill-istudenti tagħha jagħżlulha l-libsa tat-tieġ.
View this post on Instagram
“Wara sitt snin sbieħ taʼ tagħlim, iddeċidejt li ntemm il- karriera tiegħi,” Shanice fil- vidjo tagħha. Kienet l-aktar deċiżjoni diffiċli ta’ ħajti,” kompliet hi, filwaqt li ddeskriviet emozzjonalment kif ħassitha meta bagħtet l-ittra tar-riżenja tagħha.
Shanice spjegat kemm kienet tħobb il-professjoni tagħha u x-xogħol mal-istudenti, li dejjem kienet il-ħolma tagħha li tagħmel proprju dan. Madankollu, hija tistqarr li s-sistema edukattiva Maltija hija problematika ħafna, u dan wassalha biex titlef il-motivazzjoni għax spiċċat eżawrita mentalment.
View this post on Instagram
Hija kompliet telabora li l-kundizzjonijiet tax-xogħol huma terribbli, u l-għalliema jagħmlu ħafna xogħol li ma jidhirx mingħajr ma jiġu kkumpensati b’mod adegwat għad-dedikazzjoni tagħhom għax il-pagi baqgħu baxxi minkejja li x-xogħol dejjem jiżdied.
Shanice saħqet li s-sistema edukattiva trid “taġixxi qabel ma jkun tard wisq” biex jevitaw jitilfu aktar għalliema.
Instagram / my_life_with_pixiedust