It-tabib Frank Portelli dalgħodu fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu għadda aġġornament ta’ kemm kien hemm każijiet attivi tal-Covid-19 sat-tmienja ta’ dalgħodu. Huwa qal li n-numru kważi ġa laħaq il-mija.
Numru li tista’ tgħid kkonfermah ukoll Gerald Fenech permezz tal-paġna tiegħu meta qal li n-numri llum ħa jilħqu t-tliet figuri. Hu għamel l-appell għal darb’oħra sabiex nibqgħu siguri. Għalkemm kull każ inkwetanti, importanti ħafna li nżommu numru ta’ każijiet stabbli.
ż
F’pajjiżi ħafna akbar minnha qed naraw żieda ta’ każijiet. Aħna jidher li qed nikkontrollaw is-sitwazzjoni b’numru ta’ każijiet stabbli. Dan hu importanti f’dan iż-żminijiet. Nibqgħu nieħdu ħsieb xulxin u nagħtu s-saħħa l-importanza li jixraqilha f’dan iż-żmien delikat!