Kważi Parità Bejn Il-Każijiet Attivi Misjuba U L-Każijiet Li Fiequ!

Malta rreġistrat 109 każijiet ġodda tal-Covid-19, skont iċ-ċifri ppubblikati mill-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, wara li saru 3,460 test f’dawn l-aħħar 24 siegħa.

Il-post innotat ukoll li “Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati. Mill-każijiet tal-bieraħ: 14-il każ kienu membri tal-familja ta’ każijiet magħrufa qabel, 3 kienu kuntatti ta’ kollegi tax-xogħol pożittivi, u 5 każijiet kienu kuntatti diretti ta’ każijiet pożittivi oħra.”

Il-gżejjer irreġistraw 108 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru tela’ għal 5,479 u n-numru ta’ każijiet attivi issa huma 2,079. Minn meta faqqgħet, Malta rreġistrat 7,646 każ u wettqet 374,019 test.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI