Francesca Scerri, l-attriċi li tagħmel il-parti ta’ Erminia F’Ġieħ L-Imħabba ħabbret li lestew l-iffilmjar tat-tieni staġin ta’ din is-serje li baqgħet popolari tant magħkom. “Għamilt kważi sentejn nagħmel l-irwol ta’ Erminia u kont privileġġat biżżejjed biex naħdem ma’ nies u atturi kbar matul it-triq..”
Hi tkompli tgħid, “Grazzi għal darb’oħra lil Rewind Productions talli pprovdejtulna din il-pjattaforma tal-arti u fdajtuni biex nagħti l-ħajja l-ideat tagħkom. Evelyn u Michael prattikament rajtini nikber magħkom mill-età ta’ 16.”
Francesca tkompli tgħid, “Grazzi lil Amy u Mary Rose Vella tal-paċenzja kontinwa tagħhom bl-iskedar. Naf li kont daqsxejn diffiċli għalikom fl-aħħar nett – din il-pandemija bidlet ħafna affarijiet imma żgur li ma tfixkilx l-imħabba tagħna għall-arti…”
Ovvjament għalkemm l-iffilmjar spiċċa, it-telespettaturi xorta jistgħu jgawdu din is-sensiela fuq it-televiżjoni tagħhom. Hemm ħafna affarijiet eċitanti preparati!
Stefan Varga – Facebook / Francesca Scerri