“L-Aktar Kelba Li Ħawditni Kemm Ili Naqbad Klieb. M’iniex Komda Naqbadha…” – Christa Cilia

Christa Cilia, mhux wiċċ ġdid għall-qarrejja ta’ Gwida.mt. Rajnieha wkoll fuq il-podcast tagħna Kellymni. Ilbieraħ tard filgħaxija, Christa qasmet messaġġ dwar kelba li qed tipprova taqbad.

Hi kitbet, “L-aktar kelba li ħawditni kemm ili naqbad klieb. M’iniex komda naqbadha issa meta għadni qiegħda nissuspetta li hemm l-puppy u sar salvaġġ u qed joħroġ mal-lejl biss. Il-post żammietu u għadha l-istess tipproteġi l-area. Camera mat-trap għal dawn il-ħmistax li ġejjin u nimxu minn hemm.”

Nittamaw li tispiċċa b’wiċċ il-ġid u jirnexxiela taqbad lil din il-kelba u anke l-ġeru li jista’ jkun hemm magħha fl-istess post.





Facebook / Christa Cilia



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI