L-Ammont Ta’ Każijiet Li Jfiqu Mill-Covid-19 Huwa Ftit Akbar Mill-Każijiet Ġodda

Il-Paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, illum 21 ta’ Frar, tirrapporta li f’Malta llum ġew irreġistrati 130  każijiet ġodda ta’ Covid-19 wara li saru 2,660 testijiet. Fil-waqt li jirkupraw 134 persuna u b’hekk l-ammont ta’ rkupru jitla’ għal 18,067u n-numru każijiet attivi huwa ta’ 2,521.

Mill-1 ġurnata li kien hawn il-pandemija kien hawn total ta’ 20,892 każijiet.

Sal-bieraħ ġew amministrati total ta’ 63,308 dożi ta’ vaċċini, 20,189 kienu parti mit-tieni doża.

Fl-aħħar 24 siegħa jmut wieħed ta’ 72 f’Mater Dei. Total ta’ mwiet jammonta għal 304.

Kondoljanzi lil dawn il-familji minn għandna Gwida.mt





Facebook / Saħħa, Ritratt / Pexels



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI