Etienne Micallef, l-awtur ta’ bosta kanzunetta Maltin u l-attur li rajnieh f’numru ta’ sensiliet, ħa jibda jippreżenta programm fuq Radju Malta 93.7FM kull nhar ta’ Sibt, sbieħ il-Ħadd. Il-programm jibda proprju fil-23:00.

Il-programm tiegħu se jkun jismu Il-Mużika U Jien u ċertament li se jkun qed iżomm kumpanija lil dawk li forsi ma jkunux jistgħu jorqdu, jew inkella jkunu xogħol ta’ billejl. Hu se jwassal xelta ta’ kanzunetti f’dan il-programm.
F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawgurawlu għal din l-avventura ġdid li se jkun qed jibda fil-jiem li ġejjin. Ninsabu ċerti li se jagħmel biċċa xogħol tajba u li diversi nies ħa jkunu qed jisimgħu l-programm tiegħu.
Awguri mill-qalb!