Il-kantant veteran Mike Spiteri fuq il-midja soċjali tiegħu aġġorna lis-segwaċi li l-operazzjoni li kellu għaddiet b’wiċċ il-ġid. Hu rringrazzja lill-ħaddiema tal-isptar ġenerali ta’ Malta, speċifikament tad-Day Care unit għall-professjonalità u s-servizz impekkabli li urew miegħu. “il-kura, il-paċenzja, u d-dedikazzjoni tagħkom napprezzaha wisq” kiteb il-kantant, filwaqt li rringrazzja lil kull min ħa ħsieb jibgħatlu messaġġ ta’ kuraġġ.
Facebook / Mike Spiteri