Leħen Il-Mibki Robin Williams Għall-Karattru Genie Lura Fi Produzzjoni Ġdida Ta' Disney

Il-film qasir ġdid ta’ Disney Once Upon a Studio ħareġ il-bieraħ, it-Tnejn 16 ta’ Ottubru, esklussivament fuq Disney+.

Dan huwa x-xogħol oriġinali ġdid minn Walt Disney Animation Studios, bil-karattri maħbubin ta’ Walt Disney Animation Studios, li jingħaqdu flimkien f’rijunjoni emozzjonali, biex jinħoloq ritratt spettakolari tal-grupp fl-okkażjoni tal-100 anniversarju ta’ Disney.

Għall-okkażjoni, irritornat il-vuċi memorabbli tal-mibki Robin Williams, l-attur Amerikan li miet fil-11 ta’ Awwissu 2014. Leħen Williams jirritorna biex jagħti vuċi lil Genie, il-karattru li ħadem fil-produzzjoni ta’ Disney Aladdin fl-1992.





Genie jidher f’sketchbook maħluq minn Olaf, il-karattru ta’ Frozen. Din hija xena li ddum madwar tliet minuti f’dan il-film qasir. Il-karattru jidher flimkien ma’ Aladdin, Jafar u Jasmine, u anke karattri oħra ta’ Frozen ippużati għar-ritratt tal-grupp.

Il-karattri jkantaw ukoll il-kanzunetta When You Wish Upon a Star. Il-mużiċist Tommy McArdle tkellem mas-sit People,

“Id-dehra ta’ The Genie f’Once Upon a Studio tuża reġistrazzjonijiet eżistenti tal-vuċi ta’ Robin Williams. Dan wara li bint Williams Zelda ikkritikat repliki tal-AI tad-dehra ta’ missierha u l-vuċi maħluqa mingħajr il-kunsens tal-familja tagħha.” Madankollu, f’dan il-każ mhix se tkun vuċi maħluqa b’intelliġenza artifiċjali iżda l-vuċi reali tal-attur.”

Mid-dehra ser jintużaw xeni li ma ntwerewx lura fl-1992 ta’ The Genie, fejn jinstema leħen il-maħbub Robin Williams.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI