Hekk kif il-ġranet qed ikomplu jiqsaru u t-temperaturi jibdew jinżlu, wasal iż-żmien biex nerġgħu ndawru l-arloġġi tagħna lura u nilqgħu l-ħin tax-xitwa! Nhar il-Ħadd 25 ta’ Ottubru, Malta se taqleb għall-ħin tax-xitwa, hekk kif fit-03:00 ta’ filgħodu l-arloġġi jmorru lura siegħa u jsiru s-02:00. Dan ifisser li dakinhar se nkunu nistgħu ngawdu siegħa żejda ta’ rqad!
B’din il-bidla, filgħodu se jibda jisbaħ aktar kmieni, iżda fl-istess waqt se jidlam aktar kmieni filgħaxija. Għal ħafna, din il-bidla tfisser ukoll il-bidu ta’ dak il-perjodu tas-sena meta nqattgħu aktar ħin id-dar, ingawdu xi film tajjeb jew xarba sħuna. Il-ħin tax-xitwa se jibqa’ fis-seħħ sal-Ħadd 28 ta’ Marzu 2027, meta l-arloġġi jerġgħu jimxu siegħa ’l quddiem biex nilqgħu l-ħin tas-sajf.
Filwaqt li l-biċċa l-kbira tat-tagħmir elettroniku, bħall-mowbajls u l-kompjuters, jaġġorna l-ħin awtomatikament, tajjeb li niftakru nbiddlu dawk l-arloġġi li jeħtieġu aġġustament manwali.
Intom tippreferu l-ħin tas-sajf jew dak tax-xitwa?