Ċertament li Bjorn Formosa japprezza dak li tagħmel ommu kuljum, u ilu għal snin sħaħ grat għal kemm tkun hemm miegħu f'kull pass li jagħmel. Illum ħabbar li ġiet mogħtija l-premju Employee of the Month.
"Ma, verament ħaqqek Employee of the month ta’ Ġunju. Grazzi talli tgħin u tferraħ lil kulħadd fil-cafeteria," jikteb Bjorn. Hu qasam anke ritratt mill-isbaħ flimkien ma' ommu hekk kif ingħatat dan it-titlu. Titlu li jesprimi l-gratitudni ta' Bjorn u t-tim kollu wara DAR Bjorn.
Prosit tassew lil omm Bjorn tad-differenza li qed tagħmel!