Fuq il-paġna tagħha, Anna Vella appellat għall-altruwiżmu mal-qtates ta’ barra, għaliex dawn m’għażlux din il-ħajja iżda ġiet imposta fuqhom.
Hi spjegat, “Kunu qalbkom tajba magħhom. Mhux kull qattus li tara barra għażel dik il-ħajja. Kien hemm min kien mogħti isem u l-wegħda ta’ dejjem. Oħrajn tgħallmu l-ġuħ qabel l-imħabba, bard qabel kumdita`, biżgħa qabel sigurezza. It-toroq ma jgħidux l-istorja tagħhom, imma għajnejhom iva.”
Żiedet tgħid, “Ftit altruwiżmu jista’ jfisser kollox. Bowl ikel, mument ta’ paċenzja. Għażla li ma nweġġgħux, Xi kultant, qalb tajba hi l-unika ħaġa bejn l-għajxien u qtiegħ ta’ qalb.”
Temmen kliemha billi kitbet, “Mhumiex inviżibbli u lanqas disponibbli. Huma ħajjin, għandhom ruħ u ħaqqhom il-kompassjoni, bħal kull qattus ieħor.”
Facebook / Anna Vella