Permezz ta kitba fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Oliver Scicluna qasam mas-segwaċi tiegħu messaġġ ta’ awgurju f’jum l-anniversarju tal-ġenituri tiegħu.
Hu qal, “Mhux ser inħalli l-ġurnata ttir mar-riħ mingħajr ma nawgura lil ommi u missieri f’għeluq l-anniversarju tagħhom. 57 sena ta’ mħabba infinita.”
Kompla billi żied jgħid, “Eżempju ħaj ta’ xiġifieri koppja tgħix għal xulxin fit-tlajja u inżul. Tlajja kemm trid kellhom u għandhom, iżda inseparabbli. Grazzi tal-eżempju ħajj tagħkhom.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlhom minn qalbna f’dan il-jum tant speċjali! Nittamaw li kellkom ġurnata mill-isbaħ.’