Għall-ħames sena konsekuttiva l-preżentatur Joseph Chetcuti ħabbar l-attività tal-għoti tad-demm f’isem il-programm tar-radju tiegħu Marċi u Bandalori fuq NET FM. Għamel l-għalmu tiegħu biex ixerred il-kelma u jħeġġeġ għaqdiet u baned lokali biex jikkontribwixxu.
“Miġbura 60 Borża Demm Grazzi mill qalb lil dawk kollha li pparteċipaw fil-maratona ta’ Għoti tad Demm permezz tal-programm Marċi u Bandalori fuq l-Istazzjon NET FM. Għall li jmiss ħbieb,” jikteb Joseph. Xerred anke ritratt li juri l-mument meta hu stess kien qed jagħti donazzjoni tad-demm.
Prosit u jalla aktar persuni jikkontribwixxu!

Facebook/ Joseph Chetcuti