Min Imissu!? Mhux Ħa Jirritorna F'Din L-Iskeda Iżda Giovann Sab Postu Fuq It-Televiżjoni Xorta Waħda!

Il-karattru ta’ Giovann li rajnieh fuq Min Imissu!? ħa jieħu l-ħajja f’produzzjoni oħra fuq it-televiżoni. Din l-iskeda Min Imissu!? mhux se jkun qed isir iżda l-produzzjoni, Ma’ Giovann… ġo vann ħa tkun qed tagħti togħma kuljum lit-telespettaturi. Dan hu wieħed miIl-programmi ġodda ta’ Take//Two li beda lbieraħ filgħaxija. Wieħed jista’ jara l-ewwel episodju HAWN.

Nistennew ħafna daħk ma’ dan il-karattru uniku! Ninsabu ċerti li mhux ħa jiddejjaq isaqsi mistoqsijiet li forsi l-mistiedna mhux dejjem se jieħdu gost iwieġbu iżda Giovann bil-mod uniku tiegħu jirnexxielu jasal għal dawk ir-risposti! Ngħiduha kif inhi, kull min se jmur fuq il-programm jaf x’ħa jkun qed jistenna.

Kuljum wara l-aħbarijiet, Ma’ Giovann… Ġo Vann







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI