Il-personalità lokali Johan Mifsud iddedika kelmtejn sbieħ lis-segwaċi tiegħu biex jirringrazzjahom talli dejjem jagħtuh l-appoġġ u jħobbuh kif inhu.
Kiteb, “Skużawni tard, imma dan il-ħin inkun nista’ nikteb erba’ kelmiet. Xtaqt ngħidilkom grazzi kbira! Mingħajr ma tafu, intom kontu l-ferħ tiegħi fi ġranet mhux tant sbieħ, intom kontu x-xaqq tad-dawl meta ħsibt li ma kellix.”
Żied jgħid, “F’dawn l-aħħar erba’ snin kbirt ħafna, u intom għallimtuni l-isbaħ ħaġa li qatt stajt nifhem! Jien m’għandi għalfejn nibdel xejn, għax dak kollu li kont naħseb li hu ħażin fija, intom rajtuh sabiħ u ħabbejtuni kif jien. Grazzi, ħbieb tiegħi. Inħobbkom ħafna xxxxx”.
Dawn il-kelmtejn ikomplu juru biċ-ċar il-karattru ġenwin u l-qalb tad-deheb tiegħu.
Facebook / Johan Mifsud