Wara jumejn b’temp imsaħħab u bix-xita jidher li għada se jirritorna l-bnazzi. Il-paġna tal-Facebook Aġġornament tat-Temp taw tbassir ta’ dawn il-jumejn ta’ tmiem il-ġimgħa.
“Minn għada jirritorna l-bnazzi,” huma kitbu. “Is-Sibt ftit imsaħħab b’riħ forza 3 Tramantuna għal Majjistral. Temperatura l-ogħla tmiss 16°C u l-inqas 12°C .”
“Il-Ħadd ftit imsaħħab b’riħ forza 3 xlokk. Temperatura l-ogħla tmiss 17 °C u l inqas 13 °C. Kif kien previst ebda maltemp estrem u morna tajjeb bħala xita.”
Facebook/Aġġornament tat-Temp