Il-kantant bravissimu u maħbub ferm fil-gżejjer tagħna għall-karattru umli u ċajtier tiegħu, Glen Vella, illum qed jiċċelebra ġurnata speċjali mal-familja tiegħu hekk kif missieru llum jagħlaq sninu.
Permezz ta' messaġġ qasir imma emozzjonali u ritratt gustuż, Glen irnexxielu jesprimi mas-segwaċi tiegħu fuq il-mezzi soċjali kemm ifisser għalih l-għażiż missieru.
“Awguri f’għeluq sninek Geronz. Bħalek ħadd u qatt! – Inħobbok għeġeb missier,” kiteb Glen Vella. Fir-ritratt jidhru mgħannqin flimkien bi tbissima fuq fommhom li tfisser ħafna. L-imħabba ta' bejniethom tidher biċ-ċar.
F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu u nittamaw li jkollu jum u kif ukoll sena imżewqin b’dak kollu li jixtieq. Nawgurawlek minn qalbna l-isbaħ xewqat fil-jum speċjali tiegħek!
Facebook / Glen Vella