Ilbieraħ il-kantant li rajna fl-ewwel u fit-tieni staġun ta' X Factor Malta ħabbar it-telfa tal-għażiż missieru. Fil-fatt illum huwa jum ta' qsim il-qalb għal Matt u għall-familja kollha hekk kif bħal-lum jagħlaq sninu missieru.
Hu qasam ritratt miegħu u kiteb "Awguri fil-ġenna champ!" bħala tifkira ta' dan il-jum speċjali.
Minn qalbna noffru l-kondoljanzi mill-ġdid lil Matt u l-familja kollha. Ċerti li missieru qed jiċċelebra dan il-jum xorta waħda mill-ġenna.