“Naomi Daħlet F’Qalb Kulħadd… Bla Dubju Għandha Futur Sabiħ Quddiemha” – Dr. Lydia Abela

Ilbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela żvela li Naomi Pace Gasan, persuna b’diżabbilità, qattgħet ġurnata ta’ xogħol miegħu. Illum, li nzerta l-Jum Internazzjonali għall-Persuni b’Diżabbilità, Dr. Lydia Abela u Georgia Mae ukoll iltaqgħu ma’ din it-tfajla.





Dr. Abela żvelat fuq il-midja soċjali kif “Naomi daħlet f’qalb kulħadd wara l-enerġija li uriet waqt ġurnata twila ta’ xogħol mal-Prim Ministru. Hija żagħżugħa ta’ ħafna abbilitajiet li bla dubju għandha futur sabiħ quddiemha.”



“Jien u Giorgia Mae kellna wkoll l-opportunità li niltaqgħu ma’ Naomi u ommha Shirley. Ħassejt li kelli nesprimi l-apprezzament tiegħi lejn l-impenn u d-dedikazzjoni li l-ġenituri ta’ persuni b’diżabbilità juru kuljum biex jaraw lil uliedhom mexjin ‘il quddiem.”

Dr. Abela spiċċat billi kitbet: “Illum, fil-Jum Internazzjonali għall-Persuni b’Diżabbilità, tajjeb li niftakru fl-avvanzi kbar li seħħew f’pajjiżna, iżda wkoll li nkunu kommessi li nibqgħu naħdmu biex insaħħu l-inklużjoni fis-soċjeta bil-għan li l-persuni kollha jkollhom l-opportunità li jirnexxu.”

Facebook/Robert Abela, Lydia Abela, Naomi Pace Gasan

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI