"Nifhmu Perfattament Kemm Hi Frustranti" – GO Jgħidu Li Għandhom Xi Ħsarat

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni, GO ftit minuti ilu ħabbret li għandha xi ħsarat fin-network. Din il-ħsara qed taffetwa primarjament l-Internet u s-servizzi tat-televiżjoni l-aktar dawk fin-naħa ta' fuq ta' Malta. GO tavża li t-tim tekniku tagħhom qed jagħmel minn kollox biex isolvi din il-problema u s-servizzi jerġgħu ikomplu joperaw mill-aktar fiż.

"Nifhmu kemm huma frustranti s-sitwazzjonijiet bħal dawn huma, nitolbukom tkunu paċenzjużi magħna" jgħidu l-GO filwaqt li jassiguraw li qed jagħmlu l-għalmu tagħhom biex kollox imur għan-normal. F'każ li tkun tixtieq tkellem lil GO tista' tuża l-whatsapp fuq 79707970. "Il-priorità tagħna hi li nassiguraw li s-servizzi jkunu disponibbli mill-ġdid u li l-klijenti tagħna jkunu servuti" - GO

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI