Riċentament it-tabib Rabti Joe Ferriggi ġie rilaxxat mill-isptar wara li kien marad bil-Covid-19. Hu kiteb messaġġ lil dawk kollha li talbu għalih jew ħasbu fih f’dan il-perjodu.
“Kif tafu ġejt meħlus mill-isptar u qiegħed lura d-dar nirringrazzja lil ALLA wara fejqan mirakoluż. Madankollu għadni dgħajjef u fil-perjodu ta’ konvalexxenza tiegħi li se jieħu ġimgħat.”
“Napprezza l-messaġġi kollha ta’ appoġġ tagħkom u jekk jogħġobkom komplu itolbu għalija. Inħoss l-obbligu morali tiegħi li nirringrazzja lil Alla permezz tal-posts tiegħi ta’ kuljum. Madankollu, ma nistax nagħmel aktar minn hekk għax għadni dgħajjef u rrid nistrieħ.”
Dr. Ferriggi kompla billi qal li minħabba dan, ma jistax iwieġeb xi telefonati “jew xi messaġġi fuq il-mobile, Messenger, Facebook, WhatsApp jew xi ħaġa oħra.”
Madankollu, qal li “Dejjem se tkunu fil-ħsibijiet u t-talb tiegħi. Qatt ma ninsa l-imħabba li urejtuni speċjalment it-talb matul il-ġranet kritiċi tiegħi.”
Facebook/Malta, News, Photos and People