“Nistennew Li Tittieħed Azzjoni Immedjata Mill-Awtoritajiet Biex Terġa’ Tinfetaħ Il-Bankina Għan-Nies” – Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ iċċaraw il-pożizzjoni tagħhom rigward ilmenti minħabba ċint li tqiegħed fuq bankina.

Huma qalu, “B’referenza għall-diversi ilmenti li irċevejna minn residenti dwar it-tqegħid ta’ ċint u ħamrija fuq il-bankina fi Triq Ħ’Attard, Ħaż-Żebbuġ, il-Kunsill jgħarraf fl-ewwel lok li din it-triq hija waħda arterjali u taqa’ taħt ir-responsabbilta’ ta’ Infrastructure Malta.”

Żiedu jgħidu, “Mit-tagħrif li rnexxielu jiġbor il-Kunsill, jidher li dan iċ-ċint tqiegħed mingħajr permess u bi ksur tal-liġi. Wara l-ilmenti li ressaq il-Kunsill, l-Awtorita’ tal-Ippjanar ġiet avżata b’dan l-iżvilupp illegali. Nistennew li tittieħed azzjoni immedjata mill-awtoritajiet biex terġa’ tinfetaħ il-bankina għan-nies, u b’hekk jiġu evitati inċidenti fi triq tant traffikuża.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI