“Qabadli Idi U Qalli Grazzi Bid-Dmugħ F’Għajnejh” – Oliver Scicluna Jaqsam Esperjenza Li Għadda Minnha!

Oliver Scicluna

Oliver Scicluna qasam mument personali u emozzjonanti li, fi kliemu stess, fakkru kemm xi kultant persuna ma tkunx taf kemm hi apprezzata. F’messaġġ li tella’ fuq il-midja soċjali, Scicluna rrakkonta kif raġel li ma kienx jaf resaq lejh, qabadlu idu u b’dmugħ f’għajnejh raddlu ħajr għall-għajnuna li, skontu, kien tah.



“Għidtlu ta’ xiex, u qalli ta’ kemm għintni. Onestament ma nafx fuq xiex u ma qgħadtx nistaqsih,” kiteb Scicluna. Huwa kompla jgħid li jemmen li kull uffiċjal pubbliku għandu jkun ta’ servizz lejn in-nies mingħajr ma jistenna tifħir jew rikonoxximent lura. Madankollu, sostna li mumenti bħal dawn iħallu impatt qawwi fuq persuna.



“Huwa dmir ta’ uffiċjal pubbliku li jkun ta’ servizz u ma tistenna l-ebda grazzi, iżda meta tirċievi dik il-grazzi mhux biss tapprezza iżda tħaddnek u timlik b’kuraġġ,” stqarr. Il-messaġġ ta’ Scicluna qanqal reazzjonijiet pożittivi, b’ħafna jfakkru kemm kelma sempliċi ta’ apprezzament tista’ tagħmel differenza kbira fil-ħajja ta’ persuna.



Ritratti:

Facebook / Oliver Scicluna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI